Ftit tal-minuti ilu, il-kantanta Pamela Bezzina ħabbret li hi flimkien mar-raġel tagħha Alex għadhom kif addottaw lil Ċikku. Kelb li ġie salvat riċenti minn Rescue Is My Favourite Breed - Lulu Arpa li tagħmel tant u tant ġid ma' diversi klieb.
"Iċ-Ċikku tagħna; ta' ħafna tgħanniq u bews u aktar tgħanniq u bews - Id-dar u l-qlub tagħna għadhom kemm ġew injettati b'tant imħabba din il-ġimgħa - għadna kemm adottajna dan iċ-ċkejken ħelu u tajnieh it-tieni ċans! Huwa dak li nitkellmu dwaru l-ħin kollu u t-tnejn li aħna nħobbuh bi mħabba kbira! X’barka!
Hi rringrazzjat ukoll lil Rescue Is My Favourite Breed - Lulu Arpa għax-xogħol siewi tagħha u talli tagħtu ċans lil tant u tant klieb. Pamela tagħmel l-appell tagħha biex dak li jkun jaddotta u mhux jixtri xi kelb.
Facebook / Pamela Bezzina