Aħna ta' Gwida staqsejna lid-Dan dwar l-episodju meta kien spiċċa tour leader u kważi tellef it-tour kollu il-kunċert ta' Madonna! Jidher li mhux darba intilef, imma anke kif waslu l-ajruport ħa żball oħxon.

Daniel qalilna: "Minn tant nies, dak iż-żmien il-kollegi taz-Zoo bagħtuni bħala tour leader għall-kunċert ta’ Madonna. Emminni jien Malta nasal minn post għall-ieħor bil-GPS allura kif fdawli dak l-ammont ta’nies?"

Hu jkompli jgħid: "Il-verità hi li kif wasalna l-ajruport, kont diġà għaddejthom minn post ħażin u minflok ħriġna mill-arrivals, erġajna dħalna fid-departures. Imma finalment il-kunċert wassalthom qawwijin u sħaħ u lil Madonna rajnieha."

L-aqwa li wassal lil kulħadd b'wiċċ il-ġid għall-kunċert u mhux ħalla lil kulħadd l-art! Imma jekk f'Malta ddur bil-gps, ma nafux x'kienu qed jaħsbu sħabu li jħalluh jieħu grupp ta' nies barra minn xtutna! Insomma Daniel għadda l-prova bi żbrixx!

iCam - Matthew Cutajar


Emil Calleja Bayliss