Fuq il-Bonġu Bus iċ-ċajt u l-fares ma jonqosx! B'din il-bus, id-Danusan iduru biha fl-irħula u l-ibliet Maltin. Skond il-kunduttur ta' din il-bus, Michael Cutajar magħruf bħala 'iż-Żinnu' jgħid li l-bus qisha "l-pjazza tar-raħal".
"Fiha jirkeb kullħadd u jgħid dak li jrid u li jogħġbu" jgħidulna d-Danusan.
Minn kull raħal li jmorru, d-Danusan jfittxu karratri differenti biex jagħmlu programm magħhom. "Ma naħsibx li l-Breakfast Show tagħna tisimgħu minħabba l-mużika jew biex tara minn miet, imma iktar minħabba l-fatt li min jaf x’se jiġri waqt il-programm u dik hija r-realta’. Ġieli jinqalgħu nies u affarijiet li aħna ma nkunux qegħdin nistennew" - Danusan.
Meta kienu Ħad-Dingli jiltaqgħu ma' merħla mogħoż!
Ritratt: Daniela Mallia
Fil-lokalita ta' San Ġwann fil-Bonġu Bus telgħu ma xi 25 tifel u tifla fuq il-Bus u "ġennewna"
F'Ħaż-Żebbuġ id-Danusan iġġieldu ma' residenta "għax iż-żinnu beda jgħajjat", u fin-Nadur, Daniel jiddobba Żavżava!
Din il-ġimgħa rajna wkoll l-ewwel edizzjoni tal-Bonswa Bus, fejn id-Danusan qed iżuru postijiet filgħaxijiet. Din ix-xandira ssir biss fuq Facebook u kif qal tajjeb Sander... "Peress li qed issir fuq Facebook u mhux fuq ir-radju, ċ-ċensura hija minima". Waqt il-programm id-Danusan stiednu lin-nies jipparteċipaw fil-programm billi jelimnaw mistieden. Fl-ewwel programm kien hemm Raquel Galdes u l-Kapitlu.
Dan hu l-ewwel programm: