Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-akkademja La Voix organizzat bootcamp għall-istudenti tagħha fejn waħda mill-mistiedna kienet Annabelle Williams. Forsi l-isem mhux xi wieħed famuż, imma l-programm ta' X Factor u Britain's Got Talent kulħadd jaf liema huma. Annabelle nfatti hija waħda mill-għalliem tal-vuċi fi ħdan dawn il-programmi.

Ritratt: Facebook / Kaya Gouder Curmi

Barra minn hekk, Annabelle tieħu ħsieb il-vuċi tal-kantanta Katy Perry. Jidher li hi kienet impressjonata ferm bit-talent li rat ġewwa pajjiżna, iżda vuċi u tifla li serqitilha l-attenzjoni ma kienet ħadd ħlief Kaya Gouder Curmi. Lil Kaya aktar kmieni din is-sena rajnieha tirrapreżenta lil Malta ġewwa Sanremo Junior fejn l-interpretazzjoni tal-kanzunetta Bring Him Home niżlet għasel.

Kif spiċċat tkanta Kaya, Annabelle qamet bilwieqfa iċapċap għall-interpretazzjoni li kienet għamlet iċ-ċkejkna. Staqsiet x'jisimha u qaltilha "int inkredibbli", Kaya kienet maħsuda għax qatt ma kienet qed tistenna reazzjoni bħal din mingħand xi ħadd li ħadem ma tant u tant artisti kbar!

Ritratt: Facebook / Kaya Gouder Curmi

Iċ-ċkejkna ħadet l-opportunità tirringrazzja lil għalliema tal-kant tagħha, Gillian Attard ta' dan iċ-ċans li kellha sabiex tkanta quddiem Annabelle Williams. Ċertament li t-talent ta' din it-tifla qed jiġbed l-attenzjoni ta' bosta nies, kemm fuq sfera lokali u kemm fuq l-isfera internazzjonali. Min jaf x'hemm lest fil-ġejjin għal Kaya!?

Facebook / Kaya Gouder Curmi


Emil Calleja Bayliss