Geordie Schembri, attriċi li kulħadd jiftakarha tagħmel il-parti ta' Ċaqqufa fi ċkunitha, libset kostum li fih id-daqqa ta' wieħed mill-aqwa disinjaturi f'pajjiżna.

Gaetano xeħet ritratt ta' Geordie liebsa ta' Wonder Woman, karattru li llum aktar minn qabel huwa tant maħbub.

Fil-fatt il-ħidma ma tieqaf qatt għal Gaetano. Il-kantanta The Clintess ukoll għaddejja b'kollaborazzjoni miegħu u fuq Facebook tefgħet ritratt miegħu fejn tat ħjiel dwar dak li ġej fil-futur. Iddeskrivietu bħala: "ħabib ġenwin li tinsab grata li qed naħdem miegħu". 

Prosit tassew Gaetano u tassew xeraqlek dak il-kostum Geordie!


Kyle Zarb