Fuq il-Facebook tiegħu, Jon Mallia tella’ post biex jesprimi r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu maqsuma minn ħafna rigward l-iżvilupp żejjed bl-addoċċ li qed jeqred lil pajjiżna u diversi aktar każi ta’ koruzzjoni miż-żewġ partijiet ewlenin.

Sa Kemmuna bqajtu timxu fuqna u tgerbuna taħt saqajkom. Miriam Pace u l-miljun li ħallasna lil min jaf qatila. Ġibtuna kompliċi magħkom. Il-Panama, s-serq sfaċċat ta’ tlett sptarijiet, 6 miljuni mormija fuq windfarm fil-Montenegro u local plans żibel ta’ nies inkompetenti jew mnawwra jew it-tnejn... u l-unika ħoss li tisma mil-poplu xi naħra aċċidentali. L-Electrogas twassal għal qtil ta’ kollega u għal Miriam kien proġett vantaġġuz dak. Il-biki jtik. Li taqta qiesek!" 

Fil-post tiegħu, Jon jitkellem ukoll dwar kif iż-żewġ partijiet qed ikunu inattivi dwar kwistjonijiet kruċjali u jiffokaw fuq affarijiet irrelevanti biex jaljenawna.

X’taħsbu?

Facebook/ Jon Mallia


Bernard Xuereb