Illum qed tiċċelebra għeluq sninha l-mudella tant maħbuba Francesca Rausi! Tul is-snin Francesca dejjem qed tibqa' timpressjona bit-talenti tagħha, mhux biss fl-immudellar iżda fil-kant u fid-drama wkoll. 

Lil Francesca rajnieha kemm-il darba f'xi filmat tkanta xi kanzunetta, u ftit ilu anke ma' Owen Leuellen. Apparti minn hekk Francesca dehret bħala attriċi f'produzzjonijiet lokali televiżivi fosthom Dell Minsi.

Ommha Michelle Rausi kitbitilha messaġġ mill-isbaħ biex tawguralha f'dal-jum speċjali. 

"Ma nistgħux nemmnu, iż-żmien mhux biss itir imma jgerbeb bla jistenna lil ħadd. Min kien jgħidilna 9 snin ilu li ser tikbrilna f'tifla ta’ 9 snin dħulija, bravissima u fuq kollox determinata. Tant tiddi u tferraħ lil dawk kollha ta’ madwarek."

Michelle iżżid, "Ibqa' ilħaq il-ħolm tiegħek, u ibqa' xerred l-imħabba. Inħobbuk u dejjem ser inkunu hemm għalik. Happy Birthday Franny sabiħa tagħna." 

It-tim ta' Gwida.mt jixtieq jawgura lil Francesca mill-qalb f'għeluq sninha u nixtiqulha aktar suċċessi f'dak kollu li twettaq!


Kyle Zarb