Id-ditta tal-moda lussuża Balenciaga qajmu kontroversja kbira hekk kif qed joffru prodott ġdid għall-prezz ta' €695: xugaman f'forma ta' dublett.
Il-prodott ġie żvelat bħala parti mill-kollezzjoni Spring 24. Id-dublett huwa magħmul kompletament mill-qoton u fih ftit li xejn dettalji, għajr żewġ buttuni u l-logo tal-Balenciaga. Il-kritiċi qabblu dan il-prodott ma' xugaman normali, u kkritikaw il-prezz esaġerat tiegħu.
Din mhix l-ewwel darba li biegħu prodott bi prezz esaġerat. Darba ppromovew basket jiswa $1,790 li kien jidher qisu borża taż-żibel.
Balenciaga