Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha Grace Borg. Grace hi isem kbir fil-qasam tal-ispettaklu, u meqjusa persuna kreattiva u assertiva. Grace hi l-kbira fost ħamest aħwa, u magħrufa bħala persuna li tħobb lill-familja immens. F'intervisti riċenti qalet li qed tgawdi lill-familja speċjalment lin-neputijiet.
Kienet inħatret chair person tal-Maltasong fl-2004, sena iebsa għal Malta hekk kif kellha tgħaddi mis-semifinali tal-Eurovision Song Contest għall-ewwel darba fl-istorja. L-ambaxxaturi għal Malta li rrappreżentawna taħt it-tmexxija ta' Grace, kienu Julie u Ludwig kif ukoll Chiara.
Hi rriżenjat minn dan il-bord fl-2005, iżda l-ħidma għaliha ma waqfet qatt. Grace hi persuna li ma tieqaf titgħallem qatt, u kienet tidħol għal diversi argumenti kontroversjali fuq ix-xandir. Riċentament kienet intervistata waqt il-programm X'sar minnhom?
Awguri minn qalbna Grace!
Facebook/ Grace Borg