F'messaġġ fuq Facebook, GAP Homes ħabbru l-mewta taċ-Chairman ta' GAP Group, George Muscat.

Kitbu, "George kien katalist fis-settur tal-iżvilupp tal-proprjetà u kien involut ukoll fis-setturi tat-turiżmu u tal-bejgħ bl-imnut permezz tal-interessi tiegħu f'Bay Street Complex, BHotel, u Hyatt Regency."

Komplew, "George kien irrispettat ħafna minn sħabu tan-negozju u kien magħruf ma' kulħadd bħala ġentlom ta' veru. Fuq kollox, kien raġel tal-familja li ħalla warajh lil martu Carmen, lit-tliet uliedu - Lorraine, Adrian, u Cliona - u lill-familji tagħhom."

Temmew billi kitbu, "George ħalliena, imma aħna ta' GAP se nkomplu ngħożżu l-valuri tiegħu għal dejjem."


Bradley Cachia