Kellu 86 sena, magħruf bħala kompożitur u kien ikona għall-mużika Maltija, Sammy Galea iħallina llum. Sammy twieled fl-1934 fil-Furjana u l-interess tiegħu għall-mużika beda meta kellu 20 sena. Beda jdoqq il-pjanu ma' Mro. Joseph Formosa imbagħad kompla bl-istudji tiegħu ma Mr. Albert Manche.

Sammy kien magħruf ħafna għall-kompożizzjonijiet brillanti tiegħu fosthom 'Singing this Song' li kien ħa sehem biha Renato fil-Eurovision Song Contest tal-1975. Sentejn wara ġie it-2 post fil-Castlebar, kompetizzjoni kbira fl-Irlanda. Fl-1980 u 1982 rebaħ il-Kanzunetta Maltija. Sammy Galea kiteb musical bil-Malti fl-1990 bl-isem ta' 'Ħanut tal-Ġugarelli". Fl-2003 il-Malta Music Awards tawh il-Lifetime Achievement Award li ċertament kien ħaqqu.

Strieħ fis-sliem Sammy u grazzi tal-mużika tiegħek. 


Anthony Baldacchino