Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Soċjeta' Filarmonika Prekursur sellmu l-memorja ta’ bandist li ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, “Insellmu l-memorja ta' John Camilleri, bandist attiv għal aktar minn ħamsin sena tas-Soċjetà Filarmonika Prekursur, li llum mar jingħaqad mal-Ħallieq. Nibqgħu ngħożżu d-dedikazzjoni li dejjem kellu lejn il-banda tagħna u l-ferħ li kien jwassal permezz tad-daqq tiegħu. Grazzi tas-sehem tiegħek lejn il-Banda tagħna u lejn ir-raħal li tant ħabbejt.”

Żiedu, “L-aħħar tislima se tingħata nhar s-Sibt li ġej, 11 ta' Jannar. Il-korteo jitlaq mill-Isptar Ġeneral ta' Għawdex fis-2.30pm, fejn imbagħad fis-2.45pm jitlaq korteo funebri akkumpanjat mill-Banda Prekursur minn quddiem l-Każin tal-Banda sal-Knisja tax-Xewkija. Il-quddiesa tal-funeral tibda fit-3.30pm. F'isem il-kumitat u l-bandisti tas-Soċjetà Filarmonika Prekursur nixtieq inwasslu l-kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu. Jistrieh fis-sliem.


Charlton Cefai