Ilbieraħ tħabbret il-mewt tal-eks President tat-tim ta’ Birkirkara FC, Joe Gauci.

L-rwol ta’ Gauci bħala President ta’ Birkirkara FC beda fl-1987 u ntemm bl-1996. Wara kompla jservi bħala Viċi President tal-klabb sas-sena 2011. Matul il-karriera tiegħu fil-futbol Malti, Gauci serva wkoll bħala membru tal-Eżekuttiv tal-MFA. Serva wkoll bħala konsulent ta’ Norman Darmanin Demajo li huwa eks President tal-MFA.

Il-klabb ta' Birkirkara bagħat il-kondoljanzi lil dawk kollha qrib l-eks President tagħhom, speċjalment lil martu u lil uliedu.

It-tim ta’ Gwida.mt ukoll jibgħat il-kondoljanzi sinċiera lill-familjari tas-Sur Joe Gauci.

Facebook / Duke of Connaught's Own Band Club


Henzley  Bezzina