"Imbikkmin hekk kif għadha kif tħabbret l-mewta tal-għażiż Kevin Galea," kitbu ż-Żgħażagħ Ġuzeppini Rabtin - One Nine Three - fuq Facebook.

Komplew, "Żgħażugħ attiv fil-komunità tagħna. Kevin kien bniedem ħabbrieki immens li kien jagħti daqqa t'id f’kull qasam li għandu x'jaqsam mal-festa tagħna u kien dejjem lest li jagħti parir tajjeb lil min kellu bżonn."

Żiedu, "Żgur mhux forsi li lil Kevin ħa nibqgħu niftakruh b'dik it-tbissima li dejjem kien jixhed fuq wiċċu, anke f'dawk il-mumenti kemxejn kiefra. Nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tiegħu."

Temmew billi kitbu, "Telfa bħal din kerha wisq! Issa tinsab fejn San Ġuzepp li tant kont tħobb. Grazzi ta' kollox Kevin u strieħ fis-sliem."


Bradley Cachia