DJ Joseph Armani lbieraħ filgħaxija qasam ritratt ma' ibnu ż-żgħir biex jawguralu l-isbaħ xewqat f'għeluq sninu! F'dan il-jum Joseph jikteb paragrafu żgħir biex juri xi jfisser ibnu għalih u minn dak li qal jidher li ċ-ċkejken Beppe kemxejn imqareb!

Joseph jikteb, "Iċ-ċkejken Beppinu jagħlaq 8 snin! Tista' tgħid int tornado u ħafna nkwiet imma ma nistax nimmaġina ħajjitna mingħajrek hekk kif int mimli ferħ u daħk u aħna mberkin li għandna lilek f'ħajjitna."

Hu jtemm jgħidlu, "Happy Birthday Beppi l-Ħafi tagħna, inħobbuk immens." Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Beppe l-isbaħ xewqat. Ninsabu ċerti li kellu ġurnata mill-isbaħ u nawgurawlu sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu! Awguri Beppe!

Facebook / Joseph Armani


Emil Calleja Bayliss