Illum huwa jum indimentikabbli għall-kantanta lokali Eleanor Cassar. Hi u żewġha Carl saru ġenituri tat-tifel iż-żgħir tagħhom, propju erba' snin ilu. Eleanor kitbitlu messaġġ t'awgurju mill-qalb fejn turih kemm hi kburija bih u kemm iħobbuh.

"U s-Sur Camilleri jagħlaq 4 illum... iż-żgħiru tagħna... il-fessud tagħna. Il-Mulej ibierkek sabiħ. Aħna nħobbuk ħafna," tikteb Eleanor. Tgħaddilu dan l-awgurju f'isem il-familja kollha, "Krista Maraya u Benjamin Rocco, il-Mummy u d-Daddy Carl Matthew Camilleri."

Awguri minn qalbna lil iben Eleanor u Carl!

Facebook/ Eleanor Cassar


Kyle Zarb