Ir-Rekords Nazzjonali tal-Iskozja ippubblikat l-entrata tar-Reġina fir-Reġistru tal-Imwiet.  Fuq iċ-ċertifikat tal-mewt tagħha jidher miktub li hi mietet fit-3:10pm fit-8 ta’ Settembru minħabba x-“Xjuħija”.  Fil-fatt hi kellha 96 sena. 

Filwaqt li ċ-ċertifikat tal-mewt juri li r-Reġina mietet fil-preżenza ta’ binha, li issa huwa r-Re Karlu III u oħtu l-Prinċipessa Anne, Il-Prinċep William, il-Prinċep Andrew, il-Prinċep Edward u martu kienu għadhom fuq l-ajruplan fi triqithom lejn Balmoral xħin ħalliet din id-dinja.  Għalhekk, sfortunatament ħafna mill-membri tal-familja tagħha ma kinux preżenti għall-aħħar nifsijiet ta’ ħajjitha. 

Tkompli tistrieħ fis-sliem Ir-Reġina Eliżabetta li damet fuq it-tron tar-Renju Unit għal sebgħin sena!


Marija Bellia