Iċ-ċentru tad-demm f’Malta fuq il-paġna tagħhom spjegaw għaliex donazzjonijiet regolari huma tant meħtieġa.

Huma spjegaw, “Id-demm ma jistax jiġi maħżun. Kontu tafu? Iċ-ċelloli tad-demm aħmar jibqgħu tajbin għall-użu għal 42 jum biss. Din hija r-raġuni għaliex donazzjonijiet regolari huma meħtieġa. Twaqqfux il-provvista milli tibqa’ ġejja!"

Huma spiċċaw dan il-kliem bl-islogan, “Kunu tajbin, agħmlu t-tajjeb, ħossukom tajbin.”

Li tagħti donazzjoni tad-demm hija l-isbaħ rigal li qatt tista’ tagħti lil xi ħadd għaliex tkun qed issalvalu ħajtu. Jekk għandkom l-opportunita’ li tmorru tagħtu dan ir-rigal, morru żuru ċ-ċentru tad-donazzjonijiet tad-demm f’Malta.

Facebook/ Blood Donation Malta - NBTS


Gabriella Borg