Aktar kmieni llum tilef ħajtu ġuvni ta' 19-il sena biss li hu magħruf bħala student attiv u eżemplari ġewwa l-Universita ta' Malta.

Julian Spiteri fil-fatt kien membru fl-organizzazzjoni studenteska ELSA, li b'qalb maqsuma wkoll sellmu l-memorja tiegħu. Bosta ħbieb ta' Julian xerrdu ritratti miegħu u wrew id-dispjaċir kbir li għaddejjin minnha bħalissa. Jiktbu li jinsabu bla kliem u ma jistgħux jemmnu li għaddejjin minn dan in-niket. Miegħu kien hemm student tal-liġi Matthew Tabone li jinsab l-isptar jieħu l-kura. 

Minn qalbna noffru l-kondoljanzi tagħna. Strieħ fis-sliem Julian.


Kyle Zarb