Il-Professur Charmaine Gauci waqt l-istess intervista tat-Times of Malta tirrispondi mistoqsija mill-pubbliku. Mistoqsija ċara dwar jekk hux sigur li wieħed imur il-baħar. Il-Professur Gauci b'mod ċar tgħid, "jiddependi mill-ħin u kemm imorru nies u fejn joqogħdu ma' xulxin."

Fid-dettall hi tispjega kif jekk wieħed imur il-baħar u joqgħod fl-istess grupp u jżomm distanza ta' żewġ metri 'l bogħod minn ħaddieħor, dan ifisser li hu jkun relativament sigur iżda jekk wieħed ħa jmur f'bajja li hi ppakkjata bin-nies dik ħa tkun problematika u mhux sigura.

Il-professur Gauci tistqarr li n-nies għandhom il-kontroll tas-sitwazzjoni.

Facebook / Vince Pace DeMarco


Emil Calleja Bayliss