L-attur Brian Farrugia għadda messaġġ lis-segwaċi tiegħu wara li mar jagħti d-demm.
Huwa appella lil kulħadd sabiex isibu ħin u jmorru jagħtu d-demm għax dan huwa att verament sabiħ u ta’ bżonn. “Nixtieq ngħid grazzi lid-donaturi kollha tal-ġest sabiħ li qed jagħmlu meta jagħtu d-demm” kompla jgħid Brian.
Huwa fakkar ukoll il-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm li jiġi ċċelebrat fl-14 ta’ Ġunji, eżattament jumejn oħra.
Ejjew nagħmlu bħal Brian u nagħtu d-demm sabiex b’hekk inkunu parti minn ġest nobbli u jaf ukoll inkunu qed insalvaw ħajjet ħaddieħor bl-għotja tagħna.
Facebook / Brian Farrugia