L-MEP Alfred Sant jiddiskuti l-kwistjoni tal-bini f'pajjiżna u jaqsam il-ħsibijiet li ltaqa' magħhom dan l-aħħar. Hu jibda billi jgħid, "Ħabib tiegħi jiddieħek bl-idea li qatt pajjiżna se jsib tarf il-problema tal-bini bla kontroll li jinsab għaddej. Bħallikieku din hi xi ħaġa li bdiet illum, igħid. Daqskemm ilha għaddejja!"

Hu jkompli, "Għalkemm veru li fi żminijietna laħqet rankatura li qatt ma kellha qabel… Imma sa minn żmien il-Gran Mastri… nimmaġina anke qabel (hekk igħid), il-bini kien jitla’ bla ħsieb u bla rażan kull fejn min ifettillu jibni, jista’ jmexxi bla ħadd ma jindaħallu. L-istess Gran Mastri kienu jagħmlu hekk."

Sant jispjega, "Din il-biċċa ta’ bini bla kontroll, ikompli jgħid dan il-ħabib, tispiċċa darba għal dejjem meta kull rokna ta’ Malta, ta’ Għawdex u ta’ Kemmuna tkun inbniet. U ma nafx għaliex dal-plejtu kollu: veru li għandna l-aktar territorju mibni fl-Unjoni Ewropea, imma baqa’ proporzjon kbira ħafna ta’ art li għadha raba’ jew żdingata jew fi stat hekk imsejjaħ naturali."

Hu jkompli, "Hu prevedibbli li daqt jasal żmien fejn dawn il-ħrejjef tal-ODZ u mhux ODZ jitwaqqfu darba għal dejjem, u l-bini jkun jista’ jsir bla ebda indħil minn ħadd, kullimkien. Dik żgur tkun l-aktar politika ġusta għal kulħadd u ma’ kulħadd, hekk itemm jgħid dal-ħabib, bla ebda sinjal f’ħarstu jew f’imġibtu li qed jiġbdilna saqajna."

Hu jtemm, "Tassew jemmen f’li qed igħid."


Emil Calleja Bayliss