L-imħabba emozzjoni mill-isbaħ u dan tesprimih bl-aħjar mod il-kantanta lokali Chiara li llum qed tiċċelebra sentejn mal-għarus tagħha. Wara l-messaġġ li ħalla Matthew biex jawguralha, Chiara ħasset li għandha tgħaddilu messaġġ fuq il-profil ta' Facebook. Messaġġ sabiħ li aħna ddeċidejna li naqsmuh magħkom il-qarrejja tagħna ta' Gwida.mt.

Hi tistqarr, "Għażiż tiegħi bħal-lum sentejn bdejna din l-storja ta' mħabba li qed ngħixu llum. Grazzi tal-kliem sabiħ li ktibtli. Kun ċert li meta ġest isir b'imħabba ma jibqax sagrifiċċju imma jsir pjaċir. Ħriġtli xi demgħa jew tnejn, nistħajlek tgħid, 'Dan x'kien? Mhux soltu.' Issa taf li qalbi żgħira u drajtni ftit inbexxex."

Chiara tkompli l-messaġġ tagħha, "Nixtieq ngħidlek grazzi talli tajtni qalbek, grazzi talli f'dawn is-sentejn sibtek hemm għalija u għat-tifla wkoll b'sapport, imħabba u rispett li ma jispiċċawx. Kif jgħidu - you're my rock."

Hi tagħlaq fuq nota umoristiku, "J'Alla l-Mulej ikompli jżomm idejh fuqna ħalli dawn is-sentejn jimmultiplikaw f'mijiet (mur arana ta mijiet). Inħobbok ħafna u nawguralek l-isbaħ xewqat għall-ġurnata speċjali tagħna llum. Imlejtli ħajti b'mumenti kontinwi ta' ferħ, daħk u memorji li ma jintesew qatt. Awguri l-iljun."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw lil Chiara u lil Matthew l-isbaħ xewqat minn qalbna. 

Facebook / Chiara Siracusa


Emil Calleja Bayliss