L-ewwel rebbieħa ta' X Factor Malta reġgħet tinsab barra minn xtutna, fejn qiegħda tattendi dak li hu magħruf bħala songwriting camp, fejn ikollha ċ-ċans taħdem ma' diversi kollaboraturi fl-industrija u magħhom tesperimenta u tikteb numru ta' kanzunetti.

Din l-avventura tidher li hi t-tielet waħda għal Michela u Howard jidher li kuntent immens b'dak li qed tagħmel it-tfajla li bilmod il-mod rajnieha tinbidel f'artista. Il-kitba tagħha skont Howard verament imxiet 'il quddiem, diġà kitbet 20 kanzunetta u ovvjament dawn ħa jkomplu jiżdiedu.

Ritratt: Facebook / Howard Keith Debono

Howard fuq post fuq il-midja soċjali jgħid li jemmen li kull artist irrid jaħdem ukoll fuq il-prodott tiegħu, jikteb u jkun involut fil-kitba. Hu jistqarr li permezz ta' X Factor Malta qed jiskopru t-talent u jgħinuhom sabiex imexxuhom fit-triq it-tajba.

Xi jkun imiss wara dan kollu? Ħafna opportunitajiet li jirrikjedu ħafna u ħafna xogħol, l-industrija iebsa mmens, m'hemmx garanzija u ħadd mhu ħa joqgħod jara kif ħa jgħidlek bil-kelma t-tajba, kif jgħidu bl-Ingliż sugar coating.

Ritratt: Facebook / Howard Keith Debono

Min jaf? Forsi l-ewwel kanzunetta li ħadmet fuqha Michela jkollna ċans nisimgħu fit-tieni staġun ta' X Factor Malta. Kulħadd jinsab anzjuż biex jara x'ħa tkun l-ewwel kanzunetta ta' Michela wara Chameleon. Jidher ċar li t-tim wara Michela qed jgħinha tkompli tikber bħala kantanta!

Michela jidher li tapprezza dak kollu li Howard qed jagħmel għal karriera tagħha. Ħalliet kumment tirringrazzjah għal gwida tiegħu u tistqarr li tinsab ħerqana ferm għal dak li ġej.


Emil Calleja Bayliss