Ilbieraħ flgħaxija ħarġet is-silta Cannonball, bejn l-akbar żewġ artisti lokali Ira Losco u Michela. Aħna ħafna l-opportunità nitkellmu ma' Howard Keith dwar din il-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ artisti.

Kellna ċ-ċans li niskopru ftit kurżitajiet, inkluż fejn inħadem il-filmat ta' Cannonball, xi pjanijiet għandhom Ira u Michela fil-ġejjin, kemm jistenna views fuq Youtube Howard u wkoll x'għandna nistennew minn X Factor ta' din is-sena.

Kemm dawm jinħadem il-vidjow mużikali? Jidher li mhux Malta fejn ittieħed?

Sewwa qed tgħid. Il-vidjow inħadem fuq il-muntanja Etna u ma kinitx daqstant faċli. Kellna wkoll għaxar postijiet, inkluż ġo Malta. B’kollox naħseb ħa madwar jumejn sa tlitt ijiem biex jinġibed. Wara ikollok il proċess tal-editing li jieħu ż-żmien.

Kollaborazzjoni interessanti ħafna, din mhux l-ewwel darba li rajna lil Ira u Michela jkantaw flimkien. X’kienet ir-reazzjoni tan-nies?

Iva, apparti li mużikalment għandhom xi ħaġa speċjali flimkien hemm ukoll il-fatt li verament hemm rispett kbir bejniethom. Ira mhux darba u tnejn stqarret x’taħseb fuq Michela u l-istess Michela. S’issa kellhom żewġ okażżjoniiet li jkantaw flimkien . Waħda ġol-kunċert ta’ Ira ta' kull sena ġol-Ħondoq u ġewwa Ta’ Qali. Issa jmiss fuq il-Fosos għal kunċert ta' Radju Italja fl-4 ta’ Ottubru.

Michela ġiet minn imkien, din is-sena hemm potenzjal li tinstab vuċi straordinarja bħal tagħha?

Jekk qed tirriferi għal X Factor iva. Biss l-ewwel staġun ser ikun differenti mit-tieni staġun u sinċerament wieħed ma jistax iqabbel. Michela għandha vuċi kurrenti u unika. Dik ma tiġrix ta' kuljum.

Kemm l-inqas views fuq Youtube tkun kuntent?

Ma naħsibx b’dal-mod. Iżda il-pjattaforma tal-Eurovison tgħin lil artist jaqbeż il-miljun u mingħajr dik il-pjattaforma Ira normalment itella' man-nofs miljun view fuq kull silta. Il-verzjoni ta' Hey Now ta’ X Factor qabżet il-milljun u b’hekk jien 'il fuq minn 300K dejjem inkun kuntent.

X’inhuma l-proġetti li jmiss ta’ tnejn?

Ma nistax niżvela ħafna. Nista' ngħid biss li Ira ser taħdem fuq żewg progetti ġodda fl-2020 u 2021 li persważ ser ikunu ta' suċċess filwaqt li ma Michela qed nibnu r-repertorju oriġinali tagħha biex dalwaqt nibdew nisimgħu silta wara silta. Hemm madwar 13-il silta u fadal. Nista' ngħid li ser ikunu ta' livell għoli ħafna!

Inthom x'taħsbu minn din il-kolloborazzjoni bejn dawn iż-żewġ artisti? Aħna nistqarru li l-ilħna tagħhom flimkien verament għoġbuna u ħerqana biex naraw x'ħa jkunu qed jagħmlu fix-xhur li ġejjin. Michela għadha biss fil-bidu tal-karriera tagħha imma fl-aħħar mill-aħħar.

Ritratt: Facebook / X Factor Malta


Emil Calleja Bayliss