Ftit tal-minuti ilu, il-paġna ta' Facebook ta' X Factor Malta biddlet il-profil tagħha. Profil bil-famuża X li mdorrijin naraw fuq dan il-programm. Programm li tagħna numru ta' artisti ġodda fix-xena lokali.
Michela Pace kienet ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta' X Factor Malta, filwaqt li Destiny Chukunyere daħlet għal dan il-programm televiżiv wara diversi suċċessi fil-karriera tagħha u spiċċat biex rebħet it-tieni edizzjoni ta' X Factor Malta.
Is-sena li għaddiet, il-pajjiż kellu Malta's Got Talent li għalkemm mar tajjeb u ħafna kienu jsegwuh, ma kellu l-popolarità li laħaq X Factor Malta. Il-mistoqsija ta' ħafna hi, ħa jirritorna X Factor Malta?
Jekk ħa jirritorna ħa nkunu qed naraw lil Howard, Ira, Ray u Alex jew inkella ħa naraw xi membru tal-ġurija ġdid!? Il-famuż premju li min jirbaħ imur il-Eurovision Song Contest ħa jibqa' hemm jew inkella ħa jkun hemm xi premju ieħor?
Nistennew u naraw!