Bħalma forsi smajtu, il-kantant Matt Mercieca, magħruf bħala l-Muxu, telaq għal vjaġġ ġol-Asja m’ommu Sandra biex igawdu l-ħajja mill-ġdid. Waqt li kienu qegħdin il-Kolombja, huma onoraw il-fatt li Sandra kienet fieqet mill-kanċer u li għal grazzja t’Alla, llum għadha magħna.

muxu
Ritratt: Facebook/Muxu

Iżda kull bidu għandu tmiem. Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tiegħu, Muxu ħabbar li wara sitt ġimgħat, ommu marret lura Malta waqt li hu se jkompli fuq il-vjaġġ tiegħu fl-Asja.

“L’ebda kliem ma jistgħu jispjegaw kemm hi diffiċli biex ngħid ċaw lil ommi, imma grazzi talli kont kuraġġuża, strong u open-minded …”

Fil-kummenti, omm Muxu kitbitlu lura. “Hija wisq diffiċli li nħallik il-Vietnam Matt. Imma meta nara kemm inti ferħan, inħossni ok li se tibqa’ hemm… Nimmisjak imma dak li kull omm trid huwa li t-tfal tagħha jkunu kuntenti.”

sandra

Ir-relazzjoni ta' Muxu u ommu hija waħda wisq sabiħa. Kellu bżonn li kull relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tagħhom tkun mimlija b'daqshekk imħabba u avventura.

Facebook/Muxu


Nicole Barbara