Matul Frar li għadda, segwejna edizzjoni oħra tal-Malta Eurovision 2023 fejn rajna total ta' 24 kanzunetta tikkompeti għaċ-ċans li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta' Mejju li ġej ġewwa Liverpool.

Wieħed minn dawk li spikka tant li klassifika mal-aqwa tlieta fil-finali tal-11 ta' Frar, huwa Matt Blxck. Matt ġie fit-tielet post bil-kanzunetta UP., li tant baqgħet tissemma għall-istil partikolari li għandha, u għall-enerġija kbira li rnexxielu joħloq biha l-artist.

Il-paġna ta' Gwida.mt tkellmet ma' Matt dwar din l-esperjenza meraviljuża li spiċċat fuq nota tajba ħafna għalih, hekk kif apparti li rebaħ il-voti tal-ġurija, u ġie fit-tielet post finalment, irċieva tant rispons pożittiv għal dak li preżenta din is-sena fuq il-palk tal-MFCC. 

Hemm x’għamiltilna Matt fuq dak il-palk! Kieku kellek tiddeskrivi r-rispons tan-nies fi kliemek dwar Up., xi tgħidilna?

Ir-rispons tan-nies kien tal-bligħ - onestament qatt ma stennejt li ħa jkun hemm daqshekk nies differenti minn kull ġeneru ta'mużika, minn kull eta, minn kull demografika, jissapportjawni, jissapportjaw id-diska, jibagħtuli personalment. Onestment ġennewni, ġennewni b'mod tajjeb imma. Ovvjament grat ħafna, il-messaġġ li ridt inwassal, wasal. il-performance li ridt nagħti tajtha,u ntlaqat b'idejn miftuħin.

Lura fl-2018. Mill-ewwel tajtna togħma differenti ta’ kanzunetta tal-MESC b’Call2morrow. Xi tgħidilna dwar dik l-esperjenza?

Fl-2018 kien id-debut tiegħi hawn Malta, kien fil-finali tal-ME bid-diska Call Tomorrow. Pero nemmen li dak iż-żmien kont għadni qed niskopri lili nnifsi bħala artist. Dik kienet l-ewwel darba li kantajt LIVE fuq palk quddiem numru ta' nies ġifieri kont għadni qed nipprova nara aktar min jien f'din ix-xena. Ovvjament imbagħad bis-saħħa tal-X Factor, sibt l-identita tiegħi, u meta erġajt dħalt lura b'Come Around, hemm dik kienet l-identita ta' Matt Blxck. Ovvjament UP. kienet il-verżjoni progressata ta' Come around, u ta' Matt Blxck.

Kif kien il-vjaġġ li għaddejt minnu biex wasalt għall-artist li int illum?

Id-debut tiegħi kien il-ME, jiġifeir dak kien l-ewwel spinta tiegħi, u naħseb parti speċjali għaliex il-kuntest għandu post verament speċjali f'qalbi. Pero l-iktar li rajtni nikber bħala artist, kien waqt l-X Factor, ovvjament kienet sfida kbira fejn trid il-vuċi tiegħek tridha tinstema ma' dawk in-nies kollha, u jkun hemm id-differenza u l-individwalita li għandek bżonn f'konkors tant kbir.

Nemmen li kien pass importanti ħafna biex nemmen fija nnifsi u f'dak li jien tajjeb fih, u f'dak li n-nies iħobbu fija. Ovvjament dejjem bqajt dak li jiena, imma b'mod mużikali naħseb kbirt ħafna fl-X Factor, u l-ME kompla jkabbarni.

Rigward il-possibilta li narawk f’MESC2024, għandek xi ħaġa simili f’moħħok bħala kanzunetta/stil eċċ.,  jew taħseb li ser terġa’ taħsad b’xi ħaġa differenti?

Dik kulħadd jistaqsihieli għall-Malta Eurovision 2024. Ħa nkun onest, fil-Malta Eurovision jiena ħa nibqa' nieħu sehem, sakemm ikolli ċ-ċans li nirrappreżenta lil pajjiżi. Dik hi ħolma tiegħi, hi xi ħaġa li nemmen li għandi nagħmel, mhux biex nuri lili nnifsi bħala artist, imma biex nikkompeti għal Malta għax nemmen li l-istil tiegħi jolqot lill-udjenza tal-Eurovision b'mod tajjeb, u għalkemm nemmen li m'hemmx riċetta waħda tajba fil-Eurovision, nemmen li għandi l-ingredjenti tajbin biex nirrappreżenta lil pajjiżi.

Issa għall-2024, ma kontx ħa nieħu sehem ħa nkun onest. Din is-sena kont se niffoka fuq il-mużika personali tiegħi, niffoka fuqi biss, u materjal ġdid mingħajr ma nidħol f'ebda konkors. Però onestament ir-rispons li rċevejt mingħand in-nies, b'uħud jgħiduli personalment biex nerġa' nieħu sehem is-sena d-dieħla, ħassni obbligat li għall-inqas nikkunsidraha. Ovvjament dejjem jekk ikolli diska li barra minn Malta ħa tagħmel xi ħaġa.

Nista' ngħid li għandi diska lesta, tajba ħafna fl-opinjoni tiegħi, u din is-sena ħa nieħu riskju għal Malta, daqshekk ħa ngħid!

Qatt kantajt kanzunetti ballad qabel? X’kienet dik il-kanzunetta li qatt ħadd ma jimmaġinak tkantaha, imma fil-fatt ġieli kantajt fil-passat? (meta nafuk bħala artist bi stil modern eċċ.)

Stil ballad, fil-fatt inħobb inkantah ħafna, però għalija nnifsi. Ħafna għalliema tal-vuċi jgħiduli għandi range kbira għal raġel, ġifieri ninżel fil-baxx ħafna, u nogħla ħafna fejn jidħlu ċerti noti, u dik jagħmillek tajjeb ħafna fejn jidħlu ballads. Però fil-pubbliku qatt ma kantajt ballad. Qatt ma ngħid le għal xejn! Kanzunetta li tgħid inħobb inkantaha u tista' tqisha bħala ballad, hi Creep. Vera nħobbha u stil differenti minn kif normalment jisimgħuni n-nies.

Grazzi talli qed taċċettaw id-differenti!” - kliem li ċerti li ħareġ minn qalbek wara l-prestazzjoni tiegħek ta’ UP. X’tixtieq tgħidilna dwar dan li għidt?

'Grazzi talli qed taċċettaw id-differenti!' - Jerġa' jaqbadni l-eċitament meta niftakar f'dak il-mument. Dik għidtha fil-finali u ħarġet dak il-ħin, għaliex wara s-semifinali, ir-rispons li qlajt, nerġa' ngħid vera ma stennejtux.

Għax ovvjament aħna għandna ċertu idea f'moħħna, u peress li aħna pajjiż żgħir, forsi ma nħobbux nesperimentaw, u nħarsu bl-ikrah lejn id-differenti. Però din is-sena nista' ngħidlek li ħlief affarijiet pożittivi ma smajtx, u kulħadd ħass il-pożittività tiegħi, u qsamna l-pożittività flimkien f'dawk it-tliet minuti, u dak kien l-aqwa sentiment, u vera grat U nemmen anke bir-rebbieħa. Mhux għax ridt biss li nirbaħ jiena. Anke b'The Busker fl-aħħar qed nippruvaw xi ħaġa differenti, qed niftħu għajnejna, u nippruvaw xi ħaġa differenti.

Taħseb li mexjin fid-direzzjoni t-tajba f’Malta biex ikollna stili u prestazzjonijiet differenti fuq il-palk, jew fadal x’naqdfu?

Improvement li rajna grupp bħal  The Busker jirbaħ il-konkors, b’ammont ta’ voti, u li ħa jirrapreżentana diġa pass kbir. Nemmen li hemm ħafna tipi ta’ differenti. You sent Hu diffiċli immens li tkun differenti għax fil-verita kemm-il nota hemm? Kemm-il kelma hemm? Kemm-il melodija hemm? Tant kemm ix xena muzikali hi kbira, mhux Malta biss, li bilfors ikollok xi haga differenti biex tispikka.

Hemm certu limit ta x’ kuntesti godda tista’ tiġi bihom, pero jien naħdem hafna fuq hekk, u nhobb l-individwalita, kemm fil-hajja personali u kemm fil-ħajja professjonali tieghi.

Kemm hu faċli jew diffiċli li tkun differenti fid-dinja tal-ispettaklu (speċjalment dak lokali, f’Malta)?

Diffiċli ħafna imma hi possibbli fil-verità, trid tkun kreattiv, u tlmxi b dak li temmen, u ma thalli lil ħadd jaffettwak. You sent Nixtieq li l-srtisti ma jihdux sehem sempliciment biex jghidu li hadu sehem, izda jridu jifhnu li hemm udjenza globali li fl-ahhar mill-ahhar qed ifittxu kanzunetta li tirrapprezenta lill-pajjiz.

Il-parir tiegħek lil dawk il-kantanti li qed iżommu lura milli jikkompetu f’kompetizzjoni bħal MESC, u forsi anka jkunu differenti. (Forsi ma jibżgħux minnha l-kompetizzjoni jew jużawha bħala xi ħaġa pożittiva eċċ.)

Li jkollok diska tajba, mhux biżżejjed. L-ewwel parir li nagħti hu, ara li d-diska tiegħek għandha dik ix-xi ħaġa li tikkompeti barra minn Malta fil-Eurovision. Oħlom bil-kbir, aħseb bil-kbir, għax b’hekk tasal. Qatt ma ħallejt lil ħadd jibdilli l-viżjoni tiegħi.

Ħallejt lin-nies jiddereguni u jgħinu fil-progress tal-viżjoni tiegħi, però dejjem bqajt nemmen fija nnifsi. Qatt m’għidt, 'Ma nkunx min jien, inkun jien ieħor.' Imma irraġunajt, 'Mhux illum, tkun darb’ohra'. Jiena ngħid lill-artisti, diment li għandek diska li għandha dik ix-xi ħaġa li tispikka fiha għall-Eurovision, għamilha, agħti aktar mill-mija fil-mija tiegħek, u ejja minn hemm!

Minn qalbna nawguraw kull suċċess lil Matt Blxck, u nirringrazzjawh tal-ħin tiegħu!

Instagram/ MATT BLXCK


Kyle Zarb