“Naf li ommi veru batiet għalija” kienu ftit mill-kliem li r-rapper Liston Bongailas uża biex jiddiskrivi l-imħabba li għandu lejn ommu permezz tad-diska l-ġdida tiegħu!
F’Jum l-Omm, ħafna jirringrazzjaw lil ommhom ta’ dak kollu li għamlet magħhom permezz ta’ messaġġ miktub jew kartolina. Ir-rapper Malti Liston Bongailas iddeċieda li minflok jiddedikalha diska bil-kitba oriġinali tiegħu. Id-diska bl-isem ‘Ma’ mhux iddedikata biss lil ommu, imma wkoll lil martu, lill-kunjata tiegħu u lin-nanniet.
Fid-diska jgħidilha, “Ma, grazzi talli għallimtni nħobb... u għamiltni dak li jien illum”. Dan il-messaġġ jispiċċah billi fl-aħħar jgħidilha, “inti l-aqwa teżor li qatt seta’ jkolli f’ħajti, inħobbok Ma”.
Intom smajtuha din id-diska?