Ir-rokna ta' Luca Lorenzo fuq il-programm Distintivi qed tqajjem interess ta' kull ġimgħa u għalkemm hu jħobb isejħilha l-iktar rokna vojta fuq it-televiżjoni lokali, permezz ta' ftit aktar minn minuta qed iqajjem diskussjoni fuq ċerti suġġetti.

Din id-darba jitkellem fuq il-lingwa Maltija. Hu jiddeskrivi l-lingwa Maltija bħala "riżultat ta' orġa li ilha għaddejja minn żmien il-Feniċi sal-lum." Ir-raġunament tiegħu jagħmel sens għax il-lingwa Maltija hija mħawra b'diversi lingwi u magħġuna b'diversi inluwenzi barranin.

Hu jagħti eżempju b'kelma Ingliża li jużaha fil-Malti għax ġietu naturali. Hu japprezza l-fatt li għandna teżor f'idejna. Jagħlaq billi jsaqsi, "Hi ħaġa ħażina li darba fil aħna nużaw kelma minn lingwa oħra, kieku stess mhux hekk ġiet iffurmata l-lingwa tagħna?"

Lingwa tibqa' ħajja grazzi għan-nies li jagħmlu użu minnha. X'taħsbu intom?

Facebook / Distintivi


Emil Calleja Bayliss