"Il-maħbub attur u preżentatur Hermann Bonaci lura fuq l-iscreens tagħkom minn Ottubru, dejjem fuq ONE." Dan kien il-messaġġ li kitbu l-istazzjon One fuq il-paġna tagħhom ta' Facebook hekk kif ħabbru r-ritorn ta' Bonaci fuq it-televiżjoni.

Ilbieraħ kienu diġà taw ħjiel permezz ta' ritratt ieħor li tellgħu b'wiċċ Hermann mgħotti. Ma' dak ir-ritratt kitbu, "Dalwaqt bi programm mill-aktar informattiv u b'laqta nostalġika. Lura fuq ONE wara ħafna snin."

Nawguraw kull suċċess lil Hermann b'dan il-proġett ġdid tiegħu.


Bradley Cachia