L-aħħar staġun ta’ L-Għarusa bħalissa għaddej bil-proċess tal-filming. Henry Zammit Cordina, li jagħmel il-parti ta’ missier Bettina (Cassandra Spiteri), qal li riċentament kellu “l-aħħar xena ma’ Bettina”.
“Is-serje għadna ma lestejniehx, għax fadalli aktar x’niffilmja. Ħadt gost naħdem miegħek Cassandra. Jiddispjacini talli kont ħarex miegħek matul dan l-aħħar staġun... imma ma ħallejtli l-ebda għażla. Prosit u ħu ħsieb,” kompla jgħid Henry.
Eċitati intom għall-finali? Tgħid kif se jispiċċa?
Facebook/Henry Zammit Cordina