Henrika Galea, mit-tieni staġun ta’ Love Island Malta, ilbieraħ filgħaxija rebħet it-titlu ta’ Miss Malta. Minkejja li din kienet esperjenza tista’ tgħid ġdid għal Henrika, hi ħarġet bħala r-rebbieħa ta’ dan it-titlu prestiġjuż biex b’hekk issa se tkun qed tirrappreżenta lil Malta barra minn xtutna.
Hi dehret emozzjanta tassew kif ġiet imħabbra bħala r-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni. Fl-ewwel kliem tagħha, hi għaddiet ir-ringrazzjamenti tagħha lill-familjari u l-ħbieb tagħha, kif ukoll lill-għażiż Matthias li kien qiegħed jissapportjaha wkoll mis-sala.
Miss Malta kien imqassam fuq diversi serati u diversi stadji, ilbieraħ bl-isbaħ mod possibbli ttellgħat serata memorabbli għal dawk kollha li kienu preżenti. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Henrika l-isbaħ xewqat, ninsabu ċerti li se tkun qed tagħmel l-aħjar possibbli biex ittajjar il-bandiera Maltija b’suċċess.
Awguri!
Facebook / Md_PHOTOGRPY