Dalgħodu fuq il-breakfast show ta' NET FM, il-kantant Victorio Gauci,li ħafna jafuh bħala l-kantant tal-band lokali The Crowns, fakkarna fil-famuża moda li donnha titfaċċa sena wara sena.
Ritratt: Instagram / Dylan Brignano
Victorio wieħed mit-tliet preżentaturi ta' Wake-Up Call flimkien ma' Stephanie Chircop u Dylan Brignano. Allura x'mar jivvinta eżatt Victorio? Kif tistgħu taraw aħjar fir-ritratt, mar idendel id-dekorazzjonijiet tal-Milied li ssoltu naraw mas-siġra tal-Milied mad-daqna tiegħu.
Għalkemm id-daqna tiegħu pjuttost qasira, b'xi mod xorta rnexxielu. Fir-ritratt jidher li jitbissem, min jaf jekk għoġbitux l-idea. Forsi fil-vidjow mużikali li jmiss ta' The Crowns jkollu dawn bħala aċċessorji wkoll hux!
Ritratt: Facebook / Victorio Gauci
Riċentament, il-grupp The Crowns ħarġu album bl-isem ta' Next In Line, forsi min jaf... id-dekorazzjonijiet huma Next In Line.
Facebook / Victorio Gauci