Amy, tifla ta’ 7 snin mill-Kalkara, filli dejjem kellha xagħarha twil u qatt ma riedet taqtgħu u filli ddeċidiet li tagħmel ġest mill-isbaħ għal dawk it-tfal li huma inqas ixxurtjati minnha!

Ommha Daniela Cauchi żvelat kif Amy qaltilha, “Irrid naqta’ parti kbira… Irrid nagħti xagħri lil Puttinu, hemm tfal mingħajr xagħar u issa mista’ jkollhom tiegħi.” Naturalment, ommha tinsab kburija ħafna biha: “Inħobbok ħafna l-anġlu ż-żgħir tiegħi,” kitbet hi fuq il-midja soċjali.

Fir-ritratti jidher il-proċess ta’ Amy taqta’ xagħra għand l-istilista kif ukoll tagħtih donazzjoni. Prosit ċkejkna!

Facebook/Daniela Cauchi


Nicole Barbara