Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat tippreżenta l-programm Kuxjenza li kull ġimgħa jurina għadd ta' stejjer li fihom x'tomgħod, li jġibuna konxji tar-realta ta' madwarna, kif ukoll jgħaddu messaġġi qawwija.

Nhar il-Ġimgħa Maria kellha mistiedna lil Glen Buhagiar, Ivan Gaffiero u Geraldine Ellul Magri. It-tlieta li huma bi stejjer li ħallew messaġġ speċjali. Il-preżentatriċi kitbet dwarhom fuq il-midja soċjali fejn tesprimi kemm dawn l-istejjer juruha r-realtajiet tal-ħajja, ħafna drabi moħbijin. 

"Waqt Kuxjenza tal-bieraħ inħsadt meta waħda mill-mistednin Geraldine Ellul Magri tbikkmet meta urejtha ritratt li tatni hi stess. U hemm fhimt iktar kemm l-ilsien tan-nies jaf iweġġa'." Dawn l-istejjer iġibuna konxji kemm irridu nkunu aktar sensittivi ma' persuna, għax ma nafux minn xiex tgħaddi, l-aktar meta jingħad ċertu paroli.

L-istejjer ta' din il-ġimgħa b'mod partikolari ta' Glenn u Geraldine ħallew impatt qawwi fuq il-midja.


Kyle Zarb