Illum il-ġurija ta’ X Factor Malta ingħataw il-kategoriji tagħhom, fit-tielet ġurnata ta’ bootcamp.

Ira Losco dalgħodu fuq InstaStories, qasmet mas-segwaċi tagħha x’taħseb li huma l-vantaġġi u żvantaġġi tal-kategoriji, qabel ma saret taf liem waħda ingħatat lilha din is-sena.

"L-iżvantaġġi tal-gruppi huma li jkunu għadhom kif iltaqgħu ma’ xulxin, u d-dinamika u s-sinerġija tkun għad qed tinbena. Ikollok nies li qatt ma bassru li ħa jkunu fi grupp, allura jippretendu affarijiet differenti jew ikunu minalihom li l-gruppi għandhom xi ħaġa inqas minn kategoriji oħrajn…li vera mhux il-każ."

"Vera hemm bżonn f’dan il-pajjiż li jindunaw li dan mhux il-każ u li tkun parti minn grupp hija xi ħaġa verament ta’ sfida b’mod tajjeb u b’mod sabiħ għal kull kantant, għax jekk inti taħdem flimkien ma’ nies oħra, trid tkun bil-qabda aħjar fl-arti tiegħek u fil-mużikalita tiegħek."

"L-iżvantaġġi tal-overs ħafna drabi huma li jkollok nies li forsi jkunu draw jagħmlu affarijiet b’ċertu mod u tkun diffiċli li tnneħi l-ħsieb minn moħħom. Jew ikunu nies li ppruvaw u stinkaw, u qatt ġiehom iċ-ċans u jitilfu l-fiduċja fihom, allura tagħmel ħafna żmien tipprova ddaħlilom f’moħħom li ħaqqom suċċess u għandom kull dritt ikunu fuq il-palk."

Biex tkun taf x’kategorija ser tkun qed tmexxi Ira Losco, fadallek naqra oħra tistenna imma, għaliex X Factor Malta jibda f’Ottubru li ġej fuq TVM.

Instagram / @iralosco


Luke Borg