Se jkun hemm bżonn ta’ eluf ta’ extras għat-tieni film ta’ Gladiator li se jibda jinġibed f’Malta mis-Sajf li ġej skond rapport fuq Times of Malta Id-direttur Ridley Scott se jirritorna flimkien mal-attur Russell Crowe wara 23 sena minn meta nħadem l-ewwel film li kien ta’ suċċess fenominali. L-attur Denzel Washington se jingħaqad mall-cast ukoll.

L-ewwel film kien rebaħ Oscar għall-aqwa film u Russell Crowe kien rebaħ il-premju tal-aħjar attur fil-parti tiegħu ta Maximus.

Il-produzzjoni tat-tieni film se tkun prinċipalment ġewwa fort Ricasoli li hija l-ikbar fortifikazzjoni ġewwa l-Kalkara, li kienet użata għall-ewwel film.

Il-film mistenni li jinħareġ fis-swali taċ-ċinema f’Novembru tal-2024.


Bernard Xuereb