Ġurnali Spanjoli rrappurtaw li fi Spanja hemm ċans li t-tieni doża tal-vaċċini ta’ Pfizer u Moderna jibdew jingħataw lin-nies wara tmien ġimgħat u mhux wara tlieta.

Dan mhux għax hemm xi ħaġa ħażina jew xi dubji fuq il-vaċċin imma l-awtoritajiet tas-saħħa fi Spanja qed jikkunsidraw dan sabiex ikunu jistgħu ilaqqmu lil maġġoranza tal-popolazzjoni tagħhom bl-ewwel doża.

It-tbassir għal Spanja hu li dawn ikunu laqqmu nofs il-popolazzjoni tagħhom sa tmiem Lulju.

Instagram / ammeriano


Henzley  Bezzina