Minħabba li għada l-maltemp se jkun wieħed qawwi hemm ċans kbir li l-vapuri ta’ Għawdex ma jaħdmux.

Il-GozoFast Ferry ħabbru li s-servizz tal-vapuri li kienu skedati li jaħdmu għada ser jiġi sospiż sakemm joħroġ avviż ieħor. Huwa importanti wkoll li wieħed joqgħod attent għall-avviżi li jaf joħorġu mill-Gozo Channel għax is-servizz tal-vapuri tagħhom jaf jinbidel u anke hemm ċans li jitħassru l-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer.


Henzley  Bezzina