Fuq il-paġna uffiċjali tal-Facebook ta’ caritas, ttellgħet post ta’ dedikazzjoni u apprezzamment lejn Dun Victor Grech hekk kif għalaq 67 sena saċerdozju.
“Hekk kif niċċelebraw miegħek, 67 sena saċerdozju, nirringrazzjaw lill-Mulej tas-sejħa tiegħek u tal-barkiet u l-għeġubijiet kollha li Alla kiseb permezz tiegħek, għeżież Dun Victor. Ad multos annos,” huma kitbu.
Dun Victor Grech inħatar Delegat tal-Arċisqof għall-ħidma soċjali u karitattiva fil-Knsija fl-1977. Hu kien sar Direttur tal-Caritas Malta ftit wara u introduċa s-servizzi soċjali professjonali fl-istituzzjonijiet tal-Knisja.
Facebook/Caritas Malta