Kif previst, mil-lum pajjiżna se jidħol fit-tieni mewġa ta’ sħana għal dan is-sajf, b’temperatura massima li tkun 35°C+ għal diversi jiem. Id-Direttorat tas-Saħħa ħareġ avviż importanti hekk kif il-qawwa tax-xemx qed iżżid.

Fil-fatt fl-avviż jappellaw biex kemm jista' jkun fil-qilla tax-xemx in-nies jibqgħu ġewwa għal ġid ta' saħħithom. Apparti minn hekk hemm diversi fatturi li wieħed għandu jżomm f'moħħu.

Il-paġna It-Temp Madwarna tat diversi parir dwar kif għandna noqogħdu kawti mill-qilla tax-xemx u l-mewġa ta' sħana.

  • Ilbes beritta, nuċċali tax-xemx u ndilek bis-‘sun block’ jekk se toħroġ,
  • Ilbes ilbies ħafif,
  • Inħasel spiss,
  • Agħlaq fid-dlam,
  • Żomm il-kmamar friski,
  • Ixrob ħafna ilma,
  • Kul ikel frisk bħall-frott, 
  • Ċempel lil dawk li jgħixu waħedhom, 
  • Saqqi s-siġar u l-pjanti kmieni filgħodu.

Il-paġna tħeġġeġ lill-pubbliku biex jevita dawn li ġejjin.

  • Li toħroġ barra bejn il-11.00am u l-4.30pm
  • Eżerċizzju fiżiku fl-eqqel parti tal-ġurnata
  • Xorb alkoħoliku
  • Li toħroġ bit-trabi, anzjani jew pets fix-xemx

Facebook/ It-Temp Madwarna


Kyle Zarb