Chantal Michelle rajnieha timpressjona fl-audition ta' X Factor Malta u l-ġimgħa l-oħra kienet iffurtunata biżżejjed li taqbad waħda mill-kanzunetti tant għal qalbha Proud Mary. L-avventura tagħha f'X Factor Malta tkompli hekk kif għaddiet għat-tielet u l-aħħar jum ta' Bootcamp.

Aħna ta' Gwida.mt kellna ċ-ċans li nitkellmu ma' waħda mill-akbar ħbieb ta' Chantal, Claire Bonello Henwood. Dawn it-tnejn barra li huma ġirien, ilhom jafu lil xulxin minn meta kienu żgħar.  Claire tirrakonta kif tiftakar lil Chantal tkanta ġewwa s-Sede fl-Isla, ta' seba' snin omm Claire kienet ittiha l-flus sabiex tmur tixtri l-biljett biex taraha tkanta u tkun hemm ta' sapport.

Claire tirrakonta magħna kemm bkiet meta kellha biss tmien snin, dan kollu għax Chantal marret vaganza fi Franza peress li ommha Franċiża. Bejnietom hemm biss disa' xhur. Claire tirrakuntalna kif omm Chantal kienet ġiet bir-rigal għal Claire meta twieldet u ħabbret li hi qed tistenna tarbija wkoll.  

Claire tgħidilna li kienu skola flimkien u tipprova tagħmel mill-aħjar biex kull xahrejn jiltaqgħu l-klikka li kienu jkunu flimkien. Ovvjament bħal ma kienet hemm fis-sabiħ, Claire kienet hemm fl-ikrah ukoll, hi tirrakuntalna kif meta miet l-għarus tagħha Toni kienet iddeċidiet li toħodha fuq btala ġewwa l-Iskozja sabiex tistrieħ naqra minn dik it-trawma. 

Claire tispiċċa tgħidilna: "Meta jgħidu li l-ħbieb sal-bieb, jien inħossni differenti... għax aħna qatt ma weġġajna 'l xulxin... anzi ntiru għal xulxin. Ma tantx jifmuha n-nies li ħbiberija sinċiera teżisti."


Emil Calleja Bayliss