Persuna membru fuq Grupp fejn bosta nies jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom tkellmet dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżna meta wieħed jinqabad fit-traffiku f’ din is-sħana. Hi kitbet hekk: “hawn Malta biss hekk? Aċċident tat-traffiku li mhux bumper to bumper trid iċċempel lill-wardens sabiex jiġu. Ikunu qegħdin jimxu mal-liġi u jieħdu l-ħin tagħhom, iżda s-sewwieqa iridu jibqgħu fil-karozza fit-traffiku sabiex jiġu, f’din is-sħana, tkun ta’ xiex tkun l-età! Il-ġurnata ta’ dawn in-nies waqfet, għal iżjed minn 3 sigħat,u Alla jaf għal kemm iżjed sigħat. Possibbli li m’hawnx soluzzjonijiet?”

Bosta ħallew il-kummenti tagħhom u deheru li kollha kienu fuq l-istess paġna: li trid issir xi ħaġa sabiex iċ-ċittadini jiġu moqdija b’iżjed effiċjenza. “Immaġina tinqabad mingħajr ilma fil-karozza” saħansitra kiteb membru tal-istess grupp.


Nicole Zammit