Miriam Christine li għadha kif ħarġet l-album tagħha Dil-Mara, bħalissa tinsab ġewwa l-Palestina fejn qiegħda wkoll tippromovi l-lingwa Maltija u l-album tagħha. Fuq il-paġna ta' Facebook tagħha, Miriam kitbet, "Hawn ħafna kwiet, paċi u serenità ġewwa Bethlehem."

L-atmosfera tal-Milied żgur li tispikka mir-ritratti li wieħed jista' jara tal-avveniment li fih kienet il-kantanta Malta, u l-atmosfera li ddeskriviet Miriam żgur hi waħda li tissignifika l-atmosfera vera tal-Milied. Id-dwal u t-tiżjin żgur li joħolqu dik il-maġija ta' dawn iż-żminijiet.  

Ritratt: Ameen Saeb Photography - Facebook / Reuben Gauci

Miriam irringrazzjat lil Reuben Gauci, li hu r-rappreżentat Malti ġewwa din l-art. Jidher li kienet esperjenza mill-isbaħ għal kantanta lokali! 


Emil Calleja Bayliss