Il-karriera ta' Eileen Montesin tmur lura 40 sena u tista' tgħid li ftit huma x-xandara li ilhom daqshekk fix-xandier. Bħalissa Eileen Montesin flimkien mat-tim tagħha qiegħda tippreżenta l-programm Family Affair fuq NET TV u bħala parti minn dan il-programm, Eileen ħadmet feature dwar il-karriera tagħha.

Ritratt: Filmat / Family Affairs

Feature li kif tistgħu isegwi  imur fil-bidu nett tal-karriera ta' Eileen, nafu eżatt minn fejn bdiet din l-imħabba għal din id-dinja. Mhux ta' b'xejn lil Eileen rajnieha fuq it-televiżjoni, smajnieha fuq ir-radju, kitbet, produċiet u anke mexxiet diversi programmi.

Għal dawk interessati, dan il-feature ikompli fuq il-programm ta' Eileen Montesin Family Affair li qed jixxandar fuq NET Television, kuljum bejn 15:30 u 17:30. Għal dawk kurjużi bħalna, ħa jkunu anzjużi sabiex jaraw kif dan il-filmat ħa jkompli!

Ritratt: Filmat / Family Affairs

Nifirħulek għal dawn l-40 sena Eileen, u nawgurawlek li tibqa' għaddejja b'dan il-pass li qbadt! Ċertament li ħafna jieħdu gost bil-programmi li twassal lit-telespettaturi u semmiegħa. 

Filmat / Family Affairs


Emil Calleja Bayliss