Il-prinċep Harry għamel l-istess żjara li ommu l-prinċipessa Diana għamlet 22 sena ilu ġewwa żona militari fil-pajjiż t’Angola.
Fl-1997 Diana żaret l-istess post waqt li kienet qed tħeġġeġ lid-dinja biex jipprojbixxu żoni ta’ dan it-tip. Hu libes ilbies protettiv simili ħafna ta’ dak li libset ommu meta żaret l-istess żona. Il-prinċep Harry poġġa taħt is-siġra mlaqqma ‘Diana Tree’, l-unika siġra li għada teżisti minn meta żaret iż-żona Diana.
Id-differenza minn dak iż-żmien l’hawn hija li ż-żona fi 22 sena nbidlet f’komunita ta’ negozji u skejjel. Il-prinċep Harry qal:
Kienet emozzjonali nimxi fl-istess passi li mxiet ommi f’dawn it-toroq 22 sena ilu, u li nara t-trasformazzjoni li saret minn post li mhux sigur, għal komunita vibranti.