Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu missier il-kantanta Justine Bezzina, Joe Paul Bezzina, li ħafna jiftakruh f'diversi festivals lokali. Ġurnata wara il-familja Bezzina qed jiċċelebraw għeluq snin Justine.
Lil Justine rajnieha f'diversi festivals lokali fosthom il-Malta Song For Europe u l-Konkors Kanzunetta Indipendenza. Ommha Maria kitbet messaġġ biex tawguralha f'jum għeluq sninha. "Happy Birthday qalbi. Jalla jkollok saħħa, hena u dak kollu li tixtieq issa u għal dejjem. Inħobbok. Il-Mamà u l-Papà."
Awguri mill-qalb Justine!