L-attur Michael Stivala kiteb l-awgurju tiegħu għal persuna speċjali immens f'ħajtu, l-għażiża ommu, Mary. Kull sena jiddedikalha kelmtejn biex jesprimi kemm hu grat lejha u kemm japprezza dak li tagħmel miegħu.

"Happy Birthday Mamà. Dejjem kont hemm għalija minn meta kont għadni tifel, u nwiegħdek li jien ħa nibqa' miegħek sal-aħħar," kiteb Michael. Xerred anke ritratt flimkien magħha għall-okkażjoni, fejn kienu ħafna li kkumplimentawhom fil-kummenti. 

Mary irċeviet ħafna xewqat sbieħ mill-ħbieb u segwaċi ta' Michael. It-tim ta' Gwida.mt jixtieq l-isbaħ affarijiet għal omm Michael 


Kyle Zarb