Illum hi ġurnata speċjali għal żewġ kuġini, li t-tnejn huma magħrufa mal-pubbliku għal modi differenti. Jackie Bartolo - attriċi li rajnieha f'diversi produzzjonijiet lokali kemm teatrali kif ukoll televiżivi fosthom Dejjem Tiegħek Becky u Deja Vu.
Alison Bezzina - attivista u Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, li tant taħdem bla waqfien biex il-ħlejjaq innoċenti li m'għandhomx vuċi, tkun il-vuċi għalihom. Jackie kitber messaġġ mill-qalb għal kuġintha Alison flimkien ma' ritratt għall-okkażjoni.
"Happy Birthday lill-għażiża kuġina tiegħi, il-blata tiegħi, l-appoġġ tiegħi... il-vuċi għal dawk li m'għandhomx vuċi... twieldet f'jum għeluq snini wkoll... imma ħaqq għall-marelli 10 snin iżgħar! Nixtieqlek il-kuntentizza kollha li jistħoqqlok, u nixtieqlek li twettaq il-ħolm u l-avventuri kollha tiegħek. Inħobbok ħafna."
Awguri minn qalbna lil dawn il-kuġini ammirevoli, Jackie u Alison!